eu-charter

Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 2 - Id-dritt għall-ħajja

Artikolu 2 - Id-dritt għall-ħajja

1. Kull persuna għandha d-dritt għall-ħajja.

2. Ħadd m'għandu jiġi kkundannat għall-piena tal-mewt, jew titneħħielu ħajtu.

  • Text:

    1. Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu hu bbażat fuq l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-Bniedem (KEDB), li jgħid hekk:
    `1. Id-dritt għall-ħajja ta' kulħadd għandu jiġi protett b'liġi...`.
    2. It-tieni sentenza ta' din id-dispożizzjoni, li tirreferi għall-piena tal-mewt, ġiet issuperata bid-dħul fis-seħħ ta' l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru. 6 tal-KEDB, li jgħid hekk:
    `Il-piena tal-mewt għandha tkun abolita. Ħadd ma għandu jiġi kkundannat għal dik il-piena jew titneħħilu ħajtu`.
    L-Artikolu 2(2) tal-Karta hu bbażat fuq dik id-dispożizzjoni.
    3. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2, tal-Karta jikkorrispondu għal dawk ta' l-Artikoli ta' hawn fuq tal-KEDB u tal-Protokoll tiegħu. Huma għandhom l-istess sens u l-istess ambitu skond l-Artikolu 52(3) tal-Karta. Għaldaqstant, id-definizzjonijiet `negattivi` li jidhru fil-KEDB għandhom jitqiesu wkoll bħala parti mill-Karta:
    a) l-Artikolu 2(2) tal-KEDB:
    `Il-privazzjoni tal-ħajja ma għandhiex titqies bħala magħmula bi ksur ta' dan l-Artikolu meta tirriżulta mill-użu ta' forza li ma jkunx aktar minn dak li jkun assolutament meħtieġ:
    a) fid-difiża ta' xi persuna minn vjolenza illegali;
    b) sabiex jiġi effettwat arrest skond il-liġi jew tiġi evitata l-ħarba ta' xi persuna detenuta skond il-liġi;
    ċ) f'azzjoni meħuda skond il-liġi sabiex tiġi megħluba rewwixta jew insurrezzjoni.`
    (b) l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru. 6 tal-KEDB:
    `Stat jista' jipprevedi fil-liġi tiegħu li jkun hemm il-piena mewt dwar dawk l-atti li jsiru fi żmien il-gwerra jew ta' theddida imminenti ta' gwerra; dik il-piena għandha tingħata biss fl-istanzi stipulati fil-liġi u skond id-dispożizzjonijiet relattivi…`.

    Source:
    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 303/17 - 14.12.2007
    Preamble - Explanations relating to the Charter of Fundamental Rights:
    Dawn l-ispjegazzjonijiet ġew imħejjija oriġinarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni li abbozza l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Huma ġew aġġornati taħt ir-responsabbiltà tal-Praesidium tal-Konvenzjoni Ewropea, fid-dawl ta' l-aġġustamenti li saru għat-test tal-Karta minn dik il-Konvenzjoni (partikolarment fl-Artikoli (51 U 52) u ta' l-evoluzzjoni fil-liġi ta' l-Unjoni. Għalkemm dawn l-ispjegazzjonijiet m'għandhomx fihom infushom l-istatus ta' liġi, huma mezz siewi ta' interpretazzjoni intiż sabiex ikunu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Karta.

0 results found

0 results found

0 results found

0 results found